Skip navigation

MT - Sikurezza tal - RUP1

ATTENZJONI: Qabel ma joħroġ is-sistema REVO-2 u s-sondi li jiġu magħha mill-imballaġġ, l-utent għandu jaqra bir-reqqa l-istruzzjonijiet dwar is-sikurezza li ġejjin u jara li l-operaturi kollha jsegwuhom f'kull ħin.

Ir-RUP1 għandu jintuża biss mar-ras tar-Renishaw REVO-2.

L-operaturi għandhom ikunu mħarrġa fl-użu u fl-applikazzjoni tas-sistema REVO-2 u tal-prodotti li jiġu magħha, fil-kuntest tal-magna li tkun imqabbda magħha, qabel ma jitħallew iħaddmu dik il-magna.

F'ċerti komponenti tas-sistema REVO-2 u prodotti assoċjati magħha jintużaw kalamiti permanenti. Hu importanti li żżommhom 'il bogħod minn oġġetti li jistgħu jiġu affettwati minn kampijiet manjetiċi, eż. sistemi ta' ħażna tad-dejta, pacemakers u arloġġi, eċċ.

Hydrophilic polymer elastomer ball

Il-hydrophilic polymer elastomer ball idrofiliku fiha fost ingredjenti oħrajn:

  • 60-80% Etandiol; etilenglikol
  • 1-3% 2-Aċidu propenoniku, omopolimeru, melħ tas-sodju

Perikli

Warning image - do not ingestWarning image - hazard
  • Jagħmel il-ħsara jekk jinbela'
  • Jista' jikkawża ħedla jew sturdament
  • Jista' jikkawża ħsara lill-organi minħabba esponiment fit-tul jew ripetut

Miżuri ta' kontroll

  • Tibilgħux
  • Meta timmaniġġjah, uża ingwanta tan-nitril li tintuża darba biss u li tkun konformi mal-istandards EN374-2, EN374-3, EN388
  • Evita l-kuntatt ma' aċidi qawwija, bażijiet qawwija, aġenti ossidanti qawwija, u aġenti riduċenti qawwija
  • F'każ ta' kuntatt mal-ġilda, aħsel minnufih
  • Immaniġġja f'post ventilat sew
  • Evita l-kuntatt waqt it-tqala u waqt it-treddigħ

Ħażna u rimi

  • Aħżen f'kontenitur magħluq sew
  • Evita l-iskariku f'lagi, xmajjar, drenaġġi, eċċ.
  • Armi l-kontenut/kontenitur skont ir-regolamenti lokali

Proċedura ta' emerġenza

JEKK JINBELA': Ikkuntattja ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib jekk tħossok ma tiflaħx.

Għal aktar informazzjoni żur www.renishaw.com/SDS

Twissijiet dwar l-RUP1

Oqgħod attent għall-movimenti mhux mistennija. L-utent għandu jibqa' 'l barra miż-żona sħiħa tat-tħaddim ta' ras is-sonda u tal-istylus. Il-fornitur tal-magna għandu jiżgura li l-utent ikun jaf liema hi ż-żona sħiħa tat-tħaddim tas-sistema.

Fix-xogħol kollu li jinvolvi l-użu ta' għodda tal-magni jew CMMs, il-protezzjoni tal-għajnejn hi rakkomandata.

Hi r-responsabbiltà tal-fornitur tal-magna li jiżgura li l-utent ikun konxju ta' kwalunkwe periklu involut fit-tħaddim, inklużi dawk imsemmija fid-dokumentazzjoni tal-prodotti Renishaw, u li jiżgura li jiġu pprovduti protezzjoni u interlocks tas-sikurezza adegwati.

Irreferi għall-istruzzjonijiet dwar it-tħaddim tal-fornitur tal-magna.

Il-komponenti tas-sistema ma fihom l-ebda parti li tista' tingħata servis mill-utent, bl-eċċezzjoni tal-FCR25. M'għandu jsir l-ebda tentattiv biex tiżżarma kwalunkwe parti tal-prodott. Fil-każ ta' xi problema, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-fornitur tiegħek għall-għajnuna.

Taħt ċerti ċirkustanzi, is-sinjal tas-sonda jista' jindika b'mod falz kundizzjoni probe-seated. Tiddependix fuq is-sinjali tas-sonda biex twaqqaf il-moviment tal-magna.

Il-probe trigger override fuq il-joystick tal-MCU għandu jintuża b'attenzjoni, għaliex jipprevjeni lis-CMM milli jieqaf f'każ ta' ħabta.

Il-ġogi tas-sonda huma ddisinjati b'tali mod li jirrilaxxaw s-sonda u/jew il-holder tal-istylus f'każ ta' ħabta.

Dan it-tagħmir mhuwiex adattat għall-użu f'atmosfera potenzjalment splussiva.

Jeżisti periklu li wieħed jinqaras bejn il-partijiet. Iżżommx is-sonda jew ras is-sonda waqt il-movimenti.

Huwa essenzjali għal sikurezza kontinwa, li l-fjusijiet kollha jiġu ssostitwiti bi fjusijiet tat-tip u tal-klassifikazzjoni korretti.

Ir-REVO-2 għandu jinġarr f'imballaġġ fornut minn Renishaw.

Il-kejbils iridu jkunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet ta' Renishaw. Kejbils ħżiena jistgħu jikkawżaw ħsara lit-tagħmir.

RUP1

  • Neħħi l-kapep protettivi qabel l-użu:
RUP1 with caps removed
  • Is-sonda RUP1 għandha tiġi mmaniġġjata b'attenzjoni
  • Evita li twaqqa' s-sonda RUP1 jew li tħabbatha ma' biċċiet tax-xogħol jew partijiet tal-istruttura CMM
  • Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-ponta tal-istylus – evita l-kuntatt mal-boċċa tal-elastomeru sakemm ma tkunx qed tintuża għall-kejl
  • Eżamina viżwalment il-boċċa tal-elastomer biex tara fihiex ħmieġ jew trab
  • Assigura ruħek li l-uċuħ tal-kejl huma niexfa u ħielsa mir-residwi qabel ma jiġu spezzjonati bis-sonda RUP1