Navigation
MT - Sigurtà
Kull fejn jintwera dan is-simbolu fuq il-prodott, l-utent irid jirreferi għall-gwida tal-utent u l-gwida dwar l-installazzjoni għal informazzjoni u pariri dwar is-sigurtà.
Jekk it-tagħmir jintuża b'mod li ma jkunx speċifikat mill-manifattur, il-protezzjoni pprovduta mit-tagħmir tista' titnaqqas.
TWISSIJA: SPA2-2 irid jiġi ertjat. Il-provvedimenti tal-earthing għall-magna sħiħa huma r-responsabbiltà tal-OEM jew tal-installatur.
TWISSIJA: L-iSPA2-2 irid jingħata d-dawl direttament mill-mejns.
PSU uniku b'tolleranza ta' errur approvat skont BS EN 60950-1:2006+A2:2013 (jew verżjoni attwali) għandu jintuża, u jiġi mqabbad għal provvista li tinkorpora konduttur protettiv tal-ert.
Sigurtà tal-magna
TWISSIJA: Li titfi jew li tiżola l-SPA2-2 jista' MA jipprevenix moviment mhux mistenni tal-magna. Hu rakkomandat li l-utent jiżola l-magna mill-provvista tad-dawl, minn arja kkompressata jew minn sorsi oħrajn ta' enerġija skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-magna qabel ma jidħol fiż-żona ta' periklu jew qabel ma jwettaq kwalunkwe xogħol ta' manutenzjoni.
ATTENZJONI: Hu rakkomandat bil-qawwa li l-manifattur tas-CMM jew tar-retrofitter jinkludi test perjodiku ta' waqfien ta' emerġenza u jekk ikun fihom, ir-reset switch fl-istruzzjonijiet tagħhom tal-manutenzjoni.