Skip navigation

MT - Sigurtà

Warning triangle - yellow Kull fejn jintwera dan is-simbolu fuq il-prodott, l-utent irid jirreferi għall-gwida tal-utent u l-gwida dwar l-installazzjoni għal informazzjoni u pariri dwar is-sigurtà.

Jekk it-tagħmir jintuża b'mod li ma jkunx speċifikat mill-manifattur, il-protezzjoni pprovduta mit-tagħmir tista' titnaqqas.

TWISSIJA: SPA3 irid jiġi ertjat. Il-provvedimenti tal-earthing għall-magna sħiħa huma r-responsabbiltà tal-OEM jew tal-installatur.

TWISSIJA: L-iSPA3 irid jingħata d-dawl direttament mill-mejns.

PSU uniku b'tolleranza ta' errur approvat skont BS EN 60950-1:2006+A2:2013 (jew verżjoni attwali) għandu jintuża, u jiġi mqabbad għal provvista li tinkorpora konduttur protettiv tal-ert.

TWISSIJA: SPA3 jiġi iżolat mill-provvista tad-dawl billi tiskonnettja l-konnettur tal-provvista tad-dawl AC mill-PSU estern. Jekk kwalunkwe mezz addizzjonali ta' iżolament ikun meħtieġ, dan irid jiġi speċifikat u installat mill-manifattur tal-magna jew mill-installatur tal-prodott. L-iżolatur irid jitpoġġa fejn ikun jista' jintlaħaq faċilment mill-operatur tas-CMM u jrid ikun konformi ma' BS EN 61010-1:2010 (jew verżjoni attwali) u ma' kwalunkwe regolamenti nazzjonali applikabbli dwar il-wiring għall-pajjiż fejn ikun qed jiġi installat.
TWISSIJA: Il-manutenzjoni trid issir wara li l-magna tkun ġiet iżolata mill-provvista tad-dawl, il-provvista t'arja kompressa jew sorsi oħra ta' enerġija b'konformità mal-istruzzjonijiet tal-produutur tal-magna.

Sigurtà tal-magna

TWISSIJA: Li titfi jew li tiżola l-SPA3 jista' MA jipprevenix moviment mhux mistenni tal-magna. Hu rakkomandat li l-utent jiżola l-magna mill-provvista tad-dawl, minn arja kkompressata jew minn sorsi oħrajn ta' enerġija skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-magna qabel ma jidħol fiż-żona ta' periklu jew qabel ma jwettaq kwalunkwe xogħol ta' manutenzjoni.

ATTENZJONI: Hu rakkomandat bil-qawwa li l-manifattur tas-CMM jew tar-retrofitter jinkludi test perjodiku ta' waqfien ta' emerġenza u jekk ikun fihom, ir-reset switch fl-istruzzjonijiet tagħhom tal-manutenzjoni.