Navigation
MT - Sigurtà
Jekk it-tagħmir jintuża b'mod li ma jkunx speċifikat mill-manifattur, il-protezzjoni pprovduta mit-tagħmir tista' titnaqqas. M'hemm l-ebda partijiet fit-tagħmir li jistgħu jissewwew mill-utent.
L-ACC2-3 head controller qiegħed biex jintuża mal-PSU - XP POWER VEC40US24 ipprovdut. Ara d-datasheet tal-manifattur fuq www.xppower.com.
Ratings elettriċi tal-PSU | |
---|---|
Vultaġġ tal-provvista tad-dawl | 90 V - 246 Vac |
Medda tal-frekwenza | 47 Hz sa 63 Hz |
Konsum ta' dawl | 45 W massimu |
Vultaġġi temporanji | Klassi II |
L-ACC2-3 hu iżolat mill-provvista tad-dawl AC permezz tal-iskonnettjar tal-IEC mains connector minn mal-PSU pprovdut. Jekk ikun hemm bżonn ta' mezzi addizzjonali ta' iżolament, dawn iridu jiġu speċifikati u jiġu mmuntati mill-manifattur tal-magna jew mill-installatur tal-prodott. L-iżolatur/it-tagħmir tal-iskonnettjar għandhom jitpoġġew fejn ikunu jistgħu jintlaħqu faċilment mill-operatur u jkunu konformi ma' kwalunkwe regolamenti nazzjonali applikabbli dwar il-wiring għall-pajjiż fejn issir l-installazzjoni.
Emissjoni ta' dawl aħmar infra red
PRODOTT LED TA' KLASSI 1
ATTENZJONI: Dan il-prodott juża raġġi TAT-TIP infra red sensing. L-axis fuq in-naħa ta' quddiem tar-raġġ ta' dawl IR tinsab bi dritt is-slots fuq in-naħa ta' quddiem tal-port lids. Għalkemm li tħares b'mod dirett lejn ir-raġġ ta' dawl mhuwiex ta' periklu, hu rakkomandat li l-utent ma jpoġġix għajnejn bi dritt mal-axis tar-raġġ ta' dawl jew qrib is-sors tal-LED li tinsab fuq in-naħa tal-lemin tal-port 8 lid.
Twissijiet
Jeżistu perikli li persuna tinqaras bejn il-partijiet li jkunu jiċċaqilqu u l-partijiet statiċi. Iżżommx ir-ras tas-sonda waqt il-movimenti, jew waqt li tkun qed tibdel is-sonda manwalment.
Oqgħod attent għal moviment mhux mistenni. L-utent għandu jibqa' barra ż-żona kollha tal-operat tal-kombinazzjonijiet tar-ras tas-sonda/estensjoni/sonda.
Immaniġġja u armi l-batteriji skond ir-rakkommandazzjonijiet tal-manufattur. Uża biss batteriji rakkommandati. Tħallix it-terminali tal-batterija jiġu f'kuntatt ma' oġġetti metalliċi oħra.
Fix-xogħol kollu li jinvolvi l-użu ta' għodda tal-magni jew CMMs, il-protezzjoni tal-għajnejn hi rakkomandata.
Normalment m'hemm l-ebda partijiet li tista' tingħatalhom manutenzjoni mill-utent ġol-units ta' Renishaw li jaħdmu bl-elettriku. Irritorna units difettużi lil Ċentru għas-Servizz tal-Klijenti ta' Renishaw awtorizzat.
Ibdel fjusijiet li taru b'komponenti ġodda ta' l-istess tip. Irreferi għall-informazzjoni tas-SIGURTÀ fid-dokumentazzjoni rilevanti tal-prodott.
Għal istruzzjonijiet dwar it-tindif bla periklu tal-prodotti Renishaw, irreferi għall-informazzjoni dwar il-Manutenzjoni fid-dokumentazzjoni tal-prodott rilevanti.
Itfi d-dawl qabel tibda tagħmel xi xogħol ta' manutenzjoni.
Irreferi għall-istruzzjonijiet tal-operat tal-fornitur tal-magna.
Hi r-responsabbiltà tal-fornitur tal-magna li jiżgura li l-utent ikun konxju dwar kwalunkwe perikli involuti fit-tħaddim, inklużi dawk imsemmija fid-dokumentazzjoni tal-prodotti Renishaw, u li jiżgura li jkun hemm protezzjoni u interlocks tas-sigurtà adegwati pprovduti.
Taħt ċerti ċirkustanzi, is-sinjal tas-sonda jista' jindika b'mod falz kundizzjoni probe seated. Tiddependix fuq is-sinjali tas-sonda biex twaqqaf il-moviment tal-magna.
L-ACC2-3 jiġi iżolat mill-provvista tad-dawl AC permezz tal-mains switch fuq il-panel ta' wara. Jekk kwalunkwe mezzi addizzjonali ta' iżolament ikunu meħtieġa, dan irid jiġi speċifikat u installat mill-manifattur tal-magna jew mill-installatur tal-prodott. L-iżolatur irid jitpoġġa fejn ikun jista' jintlaħaq faċilment mill-operatur tas-CMM u jrid ikun konformi ma' IEC61010 u ma' kwalunkwe regolamenti nazzjonali applikabbli dwar il-wiring għall-pajjiż fejn ikun qed jiġi installat.