Navigation
MT - TWISSIJIET
NOTA DWAR IS-SIGURTÀ
Kull ACR2 port fih komponenti spring-loaded li jikkawżaw perikli ta' qris jekk l-għatjien jitneħħew.
Iżżarmax ACR2 ports jew tneħħihom mill-pjanċi tal-muntaġġ tagħhom.
Irritorna units difettużi lil Ċentru għas-Servizz tal-Klijenti ta' Renishaw awtorizzat.
Jeżistu perikli li persuna tinqaras bejn il-partijiet li jkunu jiċċaqilqu u l-partijiet statiċi. Iżżommx kwalunkwe parti tas-sistema Autochange waqt il-movimenti, jew waqt li tkun qed tibdel is-sonda awtomatikament.
Oqgħod attent għal moviment mhux mistenni. L-utent għandu jibqa' barra ż-żona kollha tal-operat tal-kombinazzjonijiet tar-ras tas-sonda/estensjoni/sonda.
Fix-xogħol kollu li jinvolvi l-użu ta' għodda tal-magni jew CMMs, il-protezzjoni tal-għajnejn hi rakkomandata.
M'hemm l-ebda partijiet li tista' tingħatalhom manutenzjoni mill-utent ġor-Renishaw ACR2 units. Irritorna units difettużi lil Ċentru għas-Servizz tal-Klijenti ta' Renishaw awtorizzat.
Għal istruzzjonijiet dwar it-tindif bla periklu tal-prodotti Renishaw, irreferi għall-informazzjoni dwar il-MANUTENZJONI fid-dokumentazzjoni tal-prodott rilevanti.
Irreferi għall-istruzzjonijiet tal-operat tal-fornitur tal-magna.
Hi r-responsabbiltà tal-fornitur tal-magna li jiżgura li l-utent ikun konxju dwar kwalunkwe perikli involuti fit-tħaddim, inklużi dawk imsemmija fid-dokumentazzjoni tal-prodotti Renishaw, u li jiżgura li jkun hemm protezzjoni u l-interlocks tas-sigurtà adegwati pprovduti.
Taħt ċerti ċirkustanzi, is-sinjal tas-sonda jista' jindika b'mod falz kundizzjoni probe seated. Tiddependix fuq is-sinjali tas-sonda biex twaqqaf il-moviment tal-magna.
Il-metodu mistenni ta' waqfien ta' emerġenza għal prodotti ta' Renishaw huwa billi jintefa l-iswiċċ li jforni l-elettriku lill-prodott.