Skip navigation

MT - Sigurtà

ATTENZJONI: Qabel ma joħroġ mill-ippakkjar u jinstalla s-sistema tas-sistema PH20, l-utent għandu jaqra bl-attenzjoni l-istruzzjonijiet dwar is-sigurtà hawn taħt u jiżgura li jkunu segwiti f'kull ħin mill-operaturi kollha. L-operaturi għandhom jiġu mħarrġa fl-użu u fl-applikazzjoni tas-sistema tas-sistema PH20 u tal-prodotti li jiġu magħha, fil-kuntest tal-magna li tkun iffittjata magħha, qabel ma jitħallew iħaddmu dik il-magna.

Jekk jogħġbok aċċerta ruħek li tifhem l-istruzzjonijiet kollha dwar is-sigurtà. Hu rakkomandat li tkun familjari mal-komponenti tas-sistema PH20.

ATTENZJONI: Kalamiti permanenti jintużaw f'xi komponenti tas-sistema PH20 u prodotti assoċjati. Hu importanti li żżommhom 'il bogħod minn oġġetti li jistgħu jiġu affettwati minn kampijiet manjetiċi, eż. sistemi ta' ħażna tad-dejta, pacemakers u arloġġi, eċċ.

Tħaddim u manutenzjoni

Il-prodott għandu jintuża biss mal-kontrollur Renishaw li suppost.

L-installazzjoni tas-sistema PH20 trid titwettaq minn staff imħarreġ.

M'GĦANDEKX teditja xi waħda mill-files tas-sistema direttament, il-pakkett adattat tas-software tal-ikkummissjonar għandu jintuża biss minn staff imħarreġ.

Hu rakkomandat li l-provvista tad-dawl tintefa qabel ma jitwettqu kwalunkwe operazzjonijiet tal-manutenzjoni.

Il-manutenzjoni hi ristretta għall-proċeduri deskritti fit-taqsima tal-manutenzjoni.

Twissijiet

Oqgħod attenta/a għal moviment mhux mistenni. L-utent għandu jibqa' 'l barra miż-żona sħiħa tal-operat tal-probe head u tal-istylus. Il-fornitur tal-magna għandu jiżgura li l-utent ikun jaf x'inhi ż-żona sħiħa tal-operat tas-sistema.

Fix-xogħol kollu li jinvolvi l-użu ta' għodda tal-magni jew CMMs, il-protezzjoni tal-għajnejn hi rakkomandata.

Hija r-responsabbiltà tal-fornitur tal-magna li jiżgura li l-utent ikun magħmul konxju ta' kwalunkwe perikli involuti fit-tħaddim, inklużi dawk imsemmija fid-dokumentazzjoni tal-prodotti Renishaw, u li jiżgura li hemm protezzjoni u l-interlocks tas-sigurtà adegwati pprovduti.

Irreferi għall-istruzzjonijiet tal-operat tal-fornitur tal-magna.

Oqgħod attent/a biex tevita ħbit bejn il-head u l-workpiece jew il-mejda CMM.

ŻGURA li l-head tkun immuntat b'mod riġidu kemm jista' jkun fil-quill tas-CMM.

ŻGURA li l-head ma jkollha l-ebda ostaklu madwarha qabel ma titlob bidla fil-pożizzjoni.

TAPPLIKAX forza fuq kwalunkwe partijiet li jiċċaqilqu tal-head.

IĊĊAQLAQX l-assi tal-head b'idejk meta jkunu msakkrin jew miftuħin.

Il-prodott u l-komponenti tas-sistema ma fihom l-ebda partijiet li jistgħu jingħataw manutenzjoni mill-utent. M'għandu jsir l-ebda tentattiv biex tiżżarma kwalunkwe parti tal-prodott. Fil-każ ta' xi problema, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-fornitur tiegħek għall-għajnuna.

Il-kejbils iridu jkunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet ta' Renishaw. Cabling ħażin jista' jikkawża ħsara lit-tagħmir.

Taħt ċerti ċirkustanzi, is-sinjal tas-sonda jista' jindika b'mod falz kundizzjoni probe-seated. Tiddependix fuq is-sinjali tas-sonda biex twaqqaf il-moviment tal-magna.

Il-probe override trigger se jipprevjeni li l-magna tersaq lura f'każ ta' ħabta tas-sonda

Il-probe joint hi maħsuba biex terħi l-modulu tal-istylus f'każ ta' ħabta.

Il-prodott għandu drive motors diretti u l-iktar reazzjoni baxxa ta' riskju għal E-STOP hu li twettaq fast stop segwit minn holding position. Minħabba f'dan, il-head motors se jibqgħu live, anki jekk tingħafas il-buttuna E-STOP.

Il-head ta' PH20 għandha tinġarr f'ippakkjar fornut minn Renishaw.

Dan it-tagħmir mhuwiex adattat għall-użu f'atmosfera li hi potenzjalment esplożiva.